|
13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik vs Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.
(Kawża C-131/16)
(2016/C 211/33)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Krajowa Izba Odwoławcza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Archus sp. z o.o., Gama Jacek Lipik
Konvenuta: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kontraenti għandha tistieden operaturi ekonomiċi li, fit-terminu stabbilit (jiġifieri, it-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-offerti), ma pprovdewx id-“dikjarazzjonijiet jew id-dokumenti” mitluba, jattestaw li l-offerti tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kontraenti (liema kunċett ikopri wkoll il-kampjuni tas-suġġett tal-kuntratt), jew li ssottomettew id-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” mitluba mill-awtorità kontraenti, iżda li jinkludu żbalji, jissottomettu d-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” (kampjuni) nieqsa jew jikkorreġu żbalji f’terminu ġdid, mingħajr ma tistabbilixxi li huma preklużi milli jemendaw il-kontenut tal-offerta meta jissupplementaw dawn id-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” (kampjuni)? |
|
2) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kontraenti tista’ żżomm id-depożitu li jkun tħallas mill-operatur ekonomiku meta dan, b’risposta għall-istedina tal-awtorità kontraenti li jiġu ssupplementati d-dokumenti, ma jkunx issottometta d-“dikjarazzjonijiet jew dokumenti” (kampjuni) li jattestaw li l-offerti tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kontraenti, peress li jkun sar bdil fil-kontenut tal-offerta, jew peress li l-imsemmi operatur ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għall-korrezzjoni tal-offerta mill-awtorità kontraenti, li renda impossibbli l-għażla tal-offerta sottomessa mill-operatur ekonomiku bħala dik l-iktar vantaġġuża? |
|
3) |
L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li “kuntratt partikolari”, kif imsemmi fil-frażi li tikkonċerna l-“interess f’li tikseb kuntratt partikolari” ifisser “proċedura partikolari għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku” (fil-każ ineżami, dik ippubblikata fl-avviż tat-3 ta’ Ġunju 2015) jew “is-suġġett partikolari tal-kuntratt” (fil-każ ineżami, is-servizz relatat mad-diġitaliżżazzjoni tad-dokumenti tal-arkivji tal-awtorità kontraenti), indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk, bħala konsegwenza tal-fatt li l-appell ikun intlaqa’, l-awtorità kontraenti tkunx marbuta tannulla l-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku u tista’ possibbilment tintalab tagħti bidu għal proċedura sussegwenti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku? |