13.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
(Kawża C-129/16)
(2016/C 211/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Túrkevei Tejtermelő Kft.
Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 191 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tmur lil hinn mill-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, tipprevedi li awtorità amministrattiva responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent tista’ tqiegħed fuq il-persuna li għandha d-dritt għall-proprjetà, taħt forma partikolari, ir-responsabbiltà għar-rimbors tad-danni kkawżati lill-ambjent mingħajr ma tkun meħtieġa, qabel ma tagħmel dan, li teżamina jekk teżistix rabta kawżali bejn l-aġir ta’ din il-persuna (impriża kummerċjali) u l-każ ta’ tniġġis? |
2) |
Jekk għandha tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda u meta, fir-rigward tat-tniġġis tal-arja, ma jidhirx li kien hemm dannu lill-ambjent li għandu jiġi rrimedjat, tista’ tiġi imposta multa fil-qasam tal-protezzjoni tal-kwalità tal-arja billi tiġi invokata leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li hija iktar ħarxa minn dik prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35/KE u fl-Artikolu 193 TFUE, jew din il-leġiżlazzjoni li hija iktar ħarxa ma tista’ bl-ebda mod tirriżulta f’sitwazzjoni fejn multa li għandha esklużivament in-natura ta’ sanzjoni tiġi imposta fuq proprjetarju li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis ikkawżat? |
(1) Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357).