13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (L-Ungerija) fis-26 ta’ Frar 2016 – Günter Horváth vs Vas Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-113/16)

(2016/C 211/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Günter Horváth

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet ta’ użufrutt u tad-drittijiet ta’ użu kkostitwiti fuq art agrikola għall-prova tal-eżistenza ta’ rabta ta’ parentela mill-qrib mal-persuna li kkostitwixxiet id-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu u li skontha d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu jiġu estinti ipso jure, mingħajr ebda kumpens patrimonjali, meta d-detentur tal-imsemmija drittijiet ma jistax jistabbilixxi din ir-rabta ta’ parentela mill-qrib, għandha titqies li hija restrizzjoni li tmur kontra l-Artikoli 49 u 63 TFUE?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta ż-żamma tad-drittijiet ta’ użufrutt u tad-drittijiet ta’ użu kkostitwiti fuq art agrikola għall-prova tal-eżistenza ta’ rabta ta’ parentela mill-qrib mal-persuna li kkostitwixxiet id-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu u li skontha d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu jiġu estinti ipso jure, mingħajr ebda kumpens patrimonjali, meta d-detentur tal-imsemmija drittijiet ma jistax jistabbilixxi din ir-rabta ta’ parentela mill-qrib, taffettwa realment b’mod ugwali ċ-ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni u ċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħrajn, fid-dawl tal-Artikoli 49 u 63 TFUE?