10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Lyon (Franza) fid-19 ta’ Frar 2016 – Jean-Philippe Lahorgue vs Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg

(Kawża C-99/16)

(2016/C 165/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Lyon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Philippe Lahorgue

Konvenuti: Ordre des avocats du barreau de Lyon, Conseil national des barreaux “CNB”, Conseil des barreaux européens “CCBE”, Ordre des avocats du barreau de Luxembourg

Domanda preliminari

Ir-rifjut li jiġi pprovdut router sikur għal aċċess għan-Netwerk Privat Virtwali tal-Avukati (RPVA) lil avukat debitament iskritt mal-Kamra tal-Avukati ta’ Stat Membru li fih huwa jixtieq jeżerċità l-professjoni ta’ avukat bħala fornitur liberu ta’ servizz huwa kuntrarju għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 77/249/KEE (1) minħabba li jikkostitwixxi miżura diskriminatorja li tista’ tostakola l-eżerċizzju tal-professjoni bħala fornitur liberu ta’ servizzi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).