17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Frar 2016 – Istanbul Lojistik Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-65/16)

(2016/C 175/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Istanbul Lojistik Ltd

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [KE]-Turkija Nru 1/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni?

2)

a)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [KE]-Turkija Nru 1/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni?

b)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [KE] Turkija Nru 1/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa possibbli li tiġi applikata, billi jiġu invokati raġunijiet ta’ sigurtà tat-triq u ta’ applikazzjoni tal-liġijiet, taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta minn vettura ta’ trasport ta’ merkanzija b’numru ta’ reġistrazzjoni Tork operata minn trasportatur Tork u użata għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li din il-vettura li l-post tat-tluq tagħha tkun it-Turkija taqsam lejn il-fruntiera Ungeriża sabiex tgħaddi mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu u tasal fi Stat Membru ieħor?

3)

L-Artikolu 3(2) TFUE u l-Artikolu 1(2) u (3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, abbażi ta’ ftehim bilaterali fil-qasam tat-trasport konkluż mat-Turkija, lill-Istat Membru ta’ tranżitu milli japplika taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor?

4)

L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-[KEE] u t-Turkija […] għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 9 ta’ dan il-ftehim?


(1)  Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, […] dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, p. 72).