|
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2015 – Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht vs Ewald Baumeister
(Kawża C-15/16)
(2016/C 111/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht
Konvenut: Ewald Baumeister
Intervenjent: Frank Schmitt bħala amministratur ta’ insolvenza għall-assi ta’ Phoenix Kapitaldienst GmbH
Domandi preliminari
|
1. |
|
|
2) |
Il-kunċett ta’ “informazzjoni kunfidenzjali” fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-klassifikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-impriża kkomunikata lill-awtorità ta’ sorveljanza bħala sigriet tal-impriża li ħaqqu protezzjoni jew informazzjoni oħra li ħaqqha protezzjoni, l-uniku fattur rilevanti huwa d-data li fiha din ġiet ikkomunikata lill-awtorità ta’ sorveljanza? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: |
|
3) |
Għandu jitqies, għall-finijiet tal-kwistjoni dwar jekk informazzjoni dwar l-impriża għandhiex tiġi protetta inkwantu sigriet tal-impriża minkejja tibdil fl-ambjent ekonomiku u taqa’ għaldaqstant taħt is-sigriet professjonali skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39, li jeżisti b’mod ġenerali limitu fiż-żmien – pereżempju ta’ ħames snin –, li mal-iskadenza tiegħu teżisti preżunzjoni konfutabbli li l-informazzjoni tilfet il-valur ekonomiku tagħha? L-istess jgħodd għas-sigriet li jitlob il-prudenza? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263.