21.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Jannar 2016 – Société Euro Park Service, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija Cairnbulg Nanteuil vs Ministre des finances et des comptes publics
(Kawża C-14/16)
(2016/C 106/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société Euro Park Service, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija Cairnbulg Nanteuil
Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics
Domandi preliminari
1) |
Meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tuża, fid-dritt nazzjonali, il-fakultà offruta mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990 kif emendata, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (1), hemm lok għal kontroll tal-atti adottati għall-implementazzjoni ta’ din il-fakultà fir-rigward tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati bħala li jxekklu milli leġiżlazzjoni nazzjonali, bl-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, tissuġġetta l-benefiċċju tas-sitema fiskali kommuni aplikabbli għall-mergers u operazzjonijiet assimilati għal proċedura ta’ qbil minn qabel f’dak li jikkonċerna biss it-trasferimenti magħmula lil persuni ġuridiċi barranin bl-esklużjoni tat-trasferimenti magħmul lil persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt nazzjonali? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142.