Kawża C‑665/16

Minister Finansów

vs

Gmina Wrocław

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu (2)(1)(a) – Provvista ta’ beni mwettqa bi ħlas – 65130 / Artikolu 14(1) – Trasferiment tas-setgħa li wieħed jiddisponi minn beni tanġibbli bħala proprjetarju – Artikolu 14(2)(a) – Trasferiment, permezz tal-ħlas ta’ kumpens, tal-proprjetà ta’ beni li jappartjeni lil komun lit-Teżor Pubbliku fid-dawl tal-kostruzzjoni ta’ triq nazzjonali – Kunċett ta’ “kumpens” – Tranżazzjoni suġġetta għall-VAT”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2018

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Tranżazzjonijiet taxxabbli-Kunsinni ta’ oġġetti-Kunċett ta’ trasferiment tal-proprjetà ta’ beni

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 14(1) u (2)(a))

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Tranżazzjonijiet taxxabbli-Provvisti ta’ beni bi ħlas-Kunċett ta’ trasferiment bil-ħlas ta’ kumpens

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 2(1)(a) u 14(2)(a))

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Tranżazzjonijiet taxxabbli-Kunsinni ta’ oġġetti-Trasferiment lit-Teżor Pubbliku, skont il-liġi u permezz tal-ħlas ta’ kumpens, tal-proprjetà ta’ beni li jappartjeni lil komun suġġett għat-taxxa, fid-dawl tal-kostruzzjoni ta’ triq nazzjonali-Kunċett-Persuna li tirrappreżenta kemm is-setgħa exproprjanti u l-komun esproprjat-Komun esproprjat li jkompli jamministra l-beni kkonċernat-Inklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 14(2)(a))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 35, 36, 40, 41)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 43, 44)

  3.  L‑Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkostitwixxi tranżazzjoni suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud it-trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli li jappartjeni lil persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, favur it-Teżor Pubbliku ta’ Stat Membru, magħmul skont il-liġi u permezz tal-ħlas ta’ kumpens, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-istess persuna tirrappreżenta kemm is-setgħa esproprjanti u l-komun esproprjat, u fejn dan tal-aħħar fil-prattika jkompli jamministra l-beni kkonċernat, anki jekk il-ħlas tal-kumpens iseħħ biss permezz ta’ trasferiment ta’ kontabbiltà intern fil-baġit tal-komun.

    (ara l-punt 51 u d-dispożittiv)