Sentenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas‑26 ta’ Lulju 2017 ‑ Staatliche Porzellan‑Manufaktur Meissen vs EUIPO
(Kawża C‑471/16 P) ( 1 )
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “meissen” – Ċaħda tal-oppożizzjoni – Provi ppreżentati għall-ewwel darba – Żnaturament – Użu serju tat-trade marks preċedenti – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 7(3) – Artikolu 8(5) – Rabta bejn it-trade marks li għandhom jiġu pparagunati”)
|
1. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Proċedura għat-tressiq ta’ kawża-Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni-Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali-Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha-Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punti 24, 25) |
|
2. |
Proċedura ġudizzjarja-Motivazzjoni tas-sentenzi-Portata (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 117) (ara l-punt 28) |
|
3. |
Appell-Aggravji-Assenza ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali u ta’ argumenti legali insostenn tal-appell-Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE, Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d), u 169(2)) (ara l-punti 34, 35) |
|
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea-Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea-Raġunijiet relattivi għal rifjut-Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni-Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux-Kundizzjonijiet-Rabta bejn it-trade marks-Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 50-53) |
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud |
|
2) |
Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 454, 5.12.2016.