Kawża C‑326/16 P

LL

vs

Il-Parlament Ewropew

“Appell – Rikors għal annullament – Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Ammissibbiltà – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Komputazzjoni – Ex membru tal-Parlament Ewropew – Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari – Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament – Artikolu 72 – Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament – Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018

  1. Il-Parlament Ewropew-Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament-Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament-Ilment-Natura fakultattiva-Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni-Ammissibbiltà-Bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament

    (Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 4; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikolu 72)

  2. Rikors għal annullament-Termini-Bidu tad-dekorrenza-Data tan-notifika tad-deċiżjoni-Data li fiha l-att sar magħruf-Oneru tal-prova

    (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE)

  1.  Il-proċedura ta’ lment imsemmija fl-Artikolu 72 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew għandha natura fakultattiva. F’dan ir-rigward, rimedju amministrattiv, kemm jekk ikun obbligatorju jew fakultattiv, għandu l-għan li jippermetti u li jippromwovi soluzzjoni bonarja għat-tilwima li tkun qamet bejn il-parti kkonċernata u l-amministrazzjoni sabiex tiġi evitata kawża. Minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li n-natura fakultattiva jew obbligatorja ta’ rimedju amministrattiv ma għandhiex effett fuq il-fatt li proċedura amminstrattiva preliminari tikkostitwixxi rimedju prekontenzjuż. Għaldaqstant, ma jistax jitqies, b’mod partikolari, fid-dawl tad-dritt għal rimedju ġudizzjarja effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewoprea, li l-fatt li tinbeda proċedura ta’ lment fis-sens tal-Artikolu 72 tal-miżuri ta’ implementazzjoni tal-Istatut jippreġudika d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni kontenzjuża.

    F’dan ir-rigward, l-assenza ta’ terminu għar-risposta impost fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament għall-ilmenti ppreżentati skont l-Artikolu 72 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament fil-kuntest ta’ proċedura amminstrattiva li hija ta’ natura fakultattiva ma tistax tillimita l-aċċess għall-qrati, peress li l-persuna kkonċernata tista’, f’kull mument, tirrinunzja li tkompli din il-proċedura amministrattiva preliminari u tibda azzjoni ġudizzjarja. Għaldaqstant, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tikkonstata t-tardività tar-rikors mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-proċedura ta’ lment mibdija skont l-imsemmi Artikolu 72.

    (ara l-punti 24-26, 28, 35)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 48, 49)