Kawża C-304/16
American Express Company
vs
The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury
[talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) 2015/751 – Tariffi ta’ interkambju tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard – Artikolu 1(5) – Assimilazzjoni ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ma’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet – Kundizzjonijiet – Ħruġ permezz ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ta’ strumenti ta’ ħlas b’kard ‘flimkien ma’ sieħeb f’co-branding jew permezz ta’ aġent’ – Punt 18 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘skema kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet’ – Validità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018
Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Domandi magħmula fil-kuntest ta’ tilwima nazzjonali fittizja–Inammissibbiltà–Assenza ta’ att jew ta’ omissjoni ta’ amministrazzjoni nazzjonali li tista’ twassal għal rikors għal stħarriġ tal-legalità–Ċirkustanza, li waħidha, ma tistax tistabbilixxi n-natura fittizja tat-tilwima
(Artikolu 267 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern–Regolament 2015/751–Tariffi ta’ interkambju tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard–Skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet–Assimilazzjoni ma’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet–Kundizzjonijiet–Neċessità għal sieħeb ta’ co-branding li jkun ikkonkluda ftehim ma’ skema ta’ ħlas ta’ tliet partijiet sabiex jaġixxi bħala emittent ta’ strumenti ta’ ħlas sabiex l-iskema tkun tista’ tiġi kkunsidrata ta’ erba’ partijiet–Assenza
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2015/751, il-premessa 28 u l-Artikolu 1(5) u l-punt 2 tal-Artikolu 2)
Atti tal-istituzzjonijiet–Motivazzjoni–Obbligu–Portata u limiti–Regolament li jipprovdi għall-assimilazzjoni, f’ċerti ipoteżi, tal-iskemi ta’ kards ta’ ħlas bi tliet partijiet ma’ skemi ta’ kards ta’ ħlas b’erba’ partijiet
(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2015/751, Artikolu 1(5))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern–Regolament 2015/751–Tariffi ta’ interkambju tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard–Skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet–Assimilazzjoni ma’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet–Kundizzjonijiet–Neċessità għal sieħeb ta’ co-branding li jkun ikkonkluda ftehim ma’ skema ta’ ħlas ta’ tliet partijiet sabiex jaġixxi bħala emittent ta’ strumenti ta’ ħlas sabiex l-iskema tkun tista’ tiġi kkunsidrata ta’ erba’ partijiet–Assenza–Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità–Assenza
(Artikolu 5(4) TUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2015/751, Artikolu 1(5) u l-punt 18 tal-Artikolu 2)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 33, 34)
L-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ ftehim bejn sieħeb ta’ co-branding jew aġent, minn naħa, u skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet, min-naħa l-oħra, ma huwiex neċessarju li dan is-sieħeb ta’ co-branding jew dan l-aġent jaġixxi bħala emittent, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, sabiex l-imsemmija skema tkun ikkunsidrata bħala li toħroġ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard ma’ sieħeb ta’ co-branding jew permezz ta’ aġent u sabiex tkun għalhekk ikkunsidrata bħala skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif issostni essenzjalment il-Kummissjoni, ma jistax jiġi eskluż li ċertu tip ta’ kontroparti jew ta’ vantaġġ jista’ jiġi identifikat bħala li jikkostitwixxi tariffa ta’ interkambju impliċita, fis-sens tal-premessa 28 tar-Regolament 2015/751, mingħajr ma s-sieħeb ta’ co-branding jew l-aġent li miegħu l-iskema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet tikkonkludi ftehim ikun neċessarjament involut fl-attività ta’ ħruġ ta’ din l-iskema. Għalhekk, jista’ jkun diffiċli li jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament 2015/751, b’mod partikolari dak tal-Artikolu 1(5) ta’ dan ir-regolament, li jikkonsisti f’li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ugwali fuq is-suq, jekk is-sitwazzjonijiet li fihom is-sieħeb ta’ co-branding jew l-aġent ma jaġixxix bħala emittent, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, kellhom, minħabba dan il-fatt, jaħarbu mir-regoli previsti fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ dan l-istess regolament.
(ara l-punti 71, 73, u d-dispożittiv 1)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 75-77, 79, 80)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 85-87)