Kawża C‑278/16
Proċeduri kriminali
vs
Franck Sleutjes
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Aachen)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2010/64/UE – Artikolu 3(1) – Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Traduzzjoni ta’ ‘dokumenti essenzjali’ – Kunċett ta’ ‘dokumenti essenzjali’ – Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali–Direttiva 2010/64–Kamp ta’ applikazzjoni–Oppożizzjoni kontra digriet mhux definittiv li jirrigwarda kundanna kriminali u mogħti fil-kuntest ta’ proċedura ssemplifikata–Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/64, Artikolu 1)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali–Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali–Direttiva 2010/64–Dritt għat-traduzzjoni ta’ dokumenti essenzjali–Kunċett ta’ “dokument essenzjali”–Digriet kriminali li jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata–Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 3)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 27)
L‑Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fi tmiem proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi “dokument essenzjali” fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali magħmula minn din id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u għalhekk sabiex tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.
(ara l-punt 34 u d-dispożittiv)