Kawża C‑218/16
Proċedura mibdija minn Aleksandra Kubicka
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) Nru 650/2012 – Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni – Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat ‘b’invokazzjoni’ – Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni–Regolament Nru 650/2012–Kamp ta’ applikazzjoni–Materji esklużi–Natura ta’ drittijiet in rem–Portata–Modalitajiet tat-trasferiment ta’ dritt in rem–Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012, Artikolu 1(2)(k))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni–Regolament Nru 650/2012–Kamp ta’ applikazzjoni–Materji esklużi–Reġistrazzjoni f’reġistru ta’ drittijiet immobbli u l-effetti tagħha–Portata–Akkwist tal-proprjeta’ ta’ beni b’legat “par revendication”–Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012, Artikolu 1(2)(l))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni–Regolament Nru 650/2012–Liġi applikabbli–Adattament ta’ drittijiet in rem–Kamp ta’applikazzjoni–Modalitajiet ta’ trasferiment ta’ drittijiet in rem–Esklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012, Artikolu 31)
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni–Regolament Nru 650/2012–Kamp ta’ applikazzjoni–Effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni” dwar id-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett–Inklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 650/2012, Artikolu 1(2)(k) u (l) u l-Artikolu 31).
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 47-50)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 52-57)
L-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 ma jirrigwardax il-proċedura għat-trasferiment tad-drittijiet in rem, li tapplika b’mod partikolari għal legati “b’invokazzjoni” jew “b’eżekuzzjoni”, iżda biss fuq ir-rispett tal-kontenut tad-drittijiet in rem kif determinat mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni (lex causae), u r-riċeviment tagħhom fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru li fih huma invokati (lex rei sitae). Għaldaqstant, sa fejn id-dritt in rem trażmess mil-legat “b’invokazzjoni” huwa d-dritt ta’ proprjetà, li huwa rrikonoxxut fid-dritt Ġermaniż, ma hemmx lok li jsir l-aġġustament previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012.
(ara l-punti 63, 64)
L-Artikolu 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni”, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni biss li dan il-legat jirrigwarda d-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.
(ara l-punt 66 u d-dispożittiv)