Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 – Bimotor

(Kawża C-211/16) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal limitu massimu li jillimita l-ammont tar-rimbors jew tal-kumpens tal-kreditu jew tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud”

1. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa-Ħlas lura tal-eċċess-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal limitu massimu li jillimita l-ammont tar-rimbors jew tal-kumpens tal-kreditu jew tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud-Ammissibbiltà-Kundizzjoni-Possibbiltà li l-persuna taxxabbli tirkupra l-kreditu kollu tal-imsemmija taxxa f’terminu raġonevoli

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 183)

(ara l-punti 20-22, 28, 31, 33 u d-dispożittiv.)

2. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Għanijiet u struttura-Ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni fiskali u l-abbużi possibbli-Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

(ara l-punti 26, 27)

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-kumpens ta’ ċerti djun fiskali permezz ta’ krediti tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal ammont massimu ddeterminat, għal kull perijodu ta’ tassazzjoni, anki meta l-ordinament ġuridiku nazzjonali jkun jipprevedi fi kwalunkwe każ il-possibbiltà li l-persuna taxxabbli tirkupra l-kreditu kollu tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’terminu raġonevoli.


( 1 ) ĠU C 251. 11.7.2016.