Kawża C‑146/16
Verband Sozialer Wettbewerb eV
vs
DHL Paket GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prattiki kummerċjali żleali – Reklamar li jidher f’pubblikazzjoni stampata – Ommissjoni ta’ informazzjoni importanti – Aċċess għal din l-informazzjoni permezz tas-sit internet li permezz tiegħu l-prodotti kkonċernati huma ddistribwiti – Prodotti mibjugħa mill-persuna li ppubblikat ir-reklam jew minn terzi”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29 – Ommissjonijiet qarrieqa – Informazzjoni kkunsidrata bħala importanti fil-kuntest ta’ stedina għax-xiri – Kunċett – Portata – Reklamar għal prodotti speċifiċi, li jidher f’pubblikazzjoni stampata, fejn dawn il-prodotti jinxtraw permezz tas-sit internet, indikat fir-reklamar, tal-impriża awtriċi ta’ din il-publikazzjoni – Inklużjoni – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Kriterji
[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/29, Artikolu 7(4)]
L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li reklam, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “stedina għax-xiri” fis-sens ta’ din id-direttiva jista’ jissodisfa l-obbligu ta’ informazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, każ b’każ, minn naħa, jekk il-limitazzjonijiet ta’ spazju fit-test ta’ reklamar jiġġustifikawx it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar il-fornitur biss fil-livell tal-pjattaforma ta’ bejgħ online u, min-naħa l-oħra, jekk ikun neċessarju, jekk l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(4)(b) ta’ din id-direttiva dwar il-pjatttaforma ta’ bejgħ online hijiex ikkomunikata b’mod sempliċi u ta’ malajr.
(ara l-punt 33 u d-dispożittiv)