11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/15


Digriet tal–Qorti tal–Ġustizzja (L–Għaxar Awla) tat–12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal–Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano – l–Italja) Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

(Kawża C-549/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Kunċett ta’ “taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ” - Kiri ta’ beni immobbli użati għall-attività kummerċjali - Suġġettar għal taxxa ta’ reġistrazzjoni u għall-VAT))

(2017/C 424/21)

Lingwa tal-kawża: it–Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano

Konvenuta: Palais Kaiserkron Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa proporzjonali ta’ reġistrazzjoni li jaffettwa l-kiri ta’ bini kummerċjali, bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki meta dan il-bini huwa suġġett ukoll għat-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.