29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċizjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

(Kawża C-497/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prekursuri tad-droga - Regolament (KE) Nru 273/2004 - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Esklużjoni tal-prodotti mediċinali - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 1(2) - Kunċett ta “prodott mediċinali” - Prodott mediċinali li fih l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Regolament (KE) Nru 111/2005 - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Anness - Inklużjoni tal-prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Assenza ta’ effett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004))

(2017/C 168/23)

Lingwa tal-proċedura: ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Juraj Sokáč

Dispożittiv

Il-“prodotti mediċinali”, fis-sens tal-Artikolu 1(2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, komposti minn “sustanzi skedati”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1258/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, bħalma huma l-efedrina u l-psewdoefedrina, jibqgħu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tal-aħħar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1258/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1259/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.