29.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen – il-Ġermanja) – l-eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Pál Aranyosi

(Kawża C-496/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA - Mandat ta’ arrest Ewropew - Raġunijiet ta’ rifjut ta’ eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ trattament inuman jew degradanti - Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fl-Istat Membru ta’ ħruġ - Annullament tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ ħruġ - Kwistjoni ta’ natura ipotetika - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2018/C 032/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Parti fil-kawża prinċipali

Pál Aranyosi

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Bremen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-12 ta’ Settembru 2016.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.