20.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge
(Kawża C-345/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 53(2) - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 086/03)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz
Konvenut: État belge
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (qorti tal-ewwel istanza ta’ Liège, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ġunju 2016, hija manifestament inammissibbli.