19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 – Eurallumina SpA vs Ir-Repubblika Taljana, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-323/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Intervent - Appell inċidentali - Ammissibbiltà - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala kombustibbli għall-produzzjoni tal-alumina - Prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ legliatà u tal-effett utli tal-atti tal-istituzzjonijiet - Prinċipju lex specialis derogat legi generali - Natura selettiva tal-miżura - Għajnuna eżistenti jew ġdida - Regolament (KE) Nruo659/1999 - Artikolu 1(b)(ii) - Prinċipju ta’ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2018/C 063/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Eurallumina SpA (rappreżentanti: L. Martin Alegi, L. Philippou u A. Stratakis, Solicitors)
Intervenjent insostenn tal-appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u R. Coesme, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Grasso, avvocato dello Stato), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. Khan, aġenti)
Dispożittiv
1. |
L-appell prinċipali u l-appel inċidentali huma miċħuda. |
2. |
Eurallumina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali. |
3. |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali. |
4. |
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |