27.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Genova – l-Italja – Ignazio Messina & C. SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Capitaneria di porto di Genova (C-10/16), Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Ufficio di Genova (C-11/16), Autorità portuale di Genova (C-12/16)

(Kawżi Magħquda C-10/16 sa C-12/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Deċiżjoni tar-rinviju - Assenza ta’ biżżejjed preċiżazzjonijiet dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bżonn ta’ risposta għad-domandi preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni ta’ tilwima pendenti fil-kawża prinċipali - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta))

(2017/C 063/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ignazio Messina & C. SpA

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Capitaneria di porto di Genova (C-10/16), Agenzia delle Dogane e dei Monopoli – Ufficio di Genova (C-11/16), Autorità portuale di Genova (C-12/16)

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (Kummissjoni Fiskali tal-Provinċja ta’ Genova, l-Italja), b’deċiżjonijiet tal-11 ta’ Diċembru 2015, huma manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 111, 29.03.2016.