201807130132003832018/C 268/066672016CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL201806065622

Kawża C-667/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – M.N.J.P.W. Nooren, J.M.F.D.C. Nooren, aventi kawża ta’ M.N.F.M. Nooren vs Staatssecretaris van Economische Zaken (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEŻR — Regolament (KE) Nru 1122/2009 — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità — Tnaqqis u esklużjonijiet — Akkumulazzjoni tat-tnaqqis)


C2682018MT520120180606MT00065262

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – M.N.J.P.W. Nooren, J.M.F.D.C. Nooren, aventi kawża ta’ M.N.F.M. Nooren vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-667/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEŻR — Regolament (KE) Nru 1122/2009 — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ kundizzjonalità — Tnaqqis u esklużjonijiet — Akkumulazzjoni tat-tnaqqis)”

2018/C 268/06Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.N.J.P.W. Nooren, J.M.F.D.C. Nooren, aventi kawża ta’ M.N.F.M. Nooren

Konvenuta: Staatssecretaris van Economische Zaken

Dispożittiv

L-Artikoli 70 sa 72 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, moqrija flimkien mal-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn ġew ikkonstatati diversi każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fi ħdan l-istess qasam, għandhom jiġu aggregati flimkien, minn naħa, it-tnaqqis tal-ammont totali ta’ pagamenti diretti mogħtija jew li ser jingħataw applikabbli għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità dovuti għal negliġenza, u, min-naħa l-oħra, it-tnaqqis applikabbli għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, peress li l-ammont totali ta’ tnaqqis għal sena kalendarja għandu jiġi ffissat b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u mingħajr ma jinqabeż l-ammont totali msemmi fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 73/2009.


( 1 ) ĠU C 78, 13.3.2017.