21.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novemrbu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Lucreţiu Hadrian Vădan vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba

(Kawża C-664/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 167, 168, 178 u 273 - Portata tad-dritt għal tnaqqis - Assenza ta’ fatturi - Użu ta’ perizja legali - Oneru tal-prova tad-dritt għal tnaqqis - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità))

(2019/C 25/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lucreţiu Hadrian Vădan

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Alba

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, b’mod partikolari l-Artikoli 167 u 168 tagħha, l-Artikolu 178(a) tagħha u l-Artikolu 179 tagħha, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, persuna taxxabbli li ma tkunx tista’ tipproduċi l-prova tal-ammont tal-VAT tal-input imħallsa, permezz tal-produzzjoni ta’ fatturi jew ta’ kwalunkwe dokument ieħor, ma tkunx tista’ tibbenefika minn dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq il-bażi biss ta’ stima li tirriżulta minn perizja ordnata minn qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.