201807200392012782018/C 276/046502016CJC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL201806123311

Kawża C-650/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – A/S Bevola, Jens W. Trock ApS vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Libertà ta’ stabbiliment — Kumpannija residenti — Profitt taxxabbli — Tnaqqis fiskali — Tnaqqis tat-telf imġarrab minn stabbilimenti permanenti residenti — Awtorizzazzjoni — Tnaqqis tat-telf imġarrab minn stabbilimenti permanenti mhux residenti — Esklużjoni — Eċċezzjoni — Sistema fakultattiva ta’ integrazzjoni fiskali internazzjonali)


C2762018MT310120180612MT00043131

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – A/S Bevola, Jens W. Trock ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-650/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 49 TFUE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Libertà ta’ stabbiliment — Kumpannija residenti — Profitt taxxabbli — Tnaqqis fiskali — Tnaqqis tat-telf imġarrab minn stabbilimenti permanenti residenti — Awtorizzazzjoni — Tnaqqis tat-telf imġarrab minn stabbilimenti permanenti mhux residenti — Esklużjoni — Eċċezzjoni — Sistema fakultattiva ta’ integrazzjoni fiskali internazzjonali)”

2018/C 276/04Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A/S Bevola, Jens W. Trock ApS

Konvenuti: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li teskludi l-possibbiltà, għal kumpannija residenti li ma tkunx għażlet sistema ta’ integrazzjoni fiskali internazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tnaqqas mill-profitti taxxabbli tagħha t-telf imġarrab minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor, meta, minn naħa, din il-kumpannija tkun eżawriet il-possibbiltajiet kollha ta’ tnaqqis ta’ dan it-telf mogħtija lilha mid-dritt tal-Istat Membru fejn ikun jinsab dan l-istabbiliment u meta, min-naħa l-oħra, hija tkun waqfet milli tirċievi kwalunkwe forma ta’ dħul minn dan tal-aħħar, b’tali mod li ma tkun teżisti ebda possibbiltà li l-imsemmi telf ikun jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni fl-imsemmi Stat Membru, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


( 1 ) ĠU C 63, 27.2.2017