|
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria – l-Italja) – Fortunata Silvia Fontana vs Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria
(Kawża C-648/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Aġġustament tat-taxxa - Metodu ta’ evalwazzjoni tat-taxxa b’induzzjoni - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Preżunzjoni - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Liġi nazzjonali li tibbaża l-kalkolu tal-VAT fuq id-dħul mill-bejgħ preżunt))
(2019/C 25/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Reggio Calabria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fortunata Silvia Fontana
Konvenut: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale di Reggio Calabria
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtoritajiet fiskali fil-każ ta’ diskrepanzi serji bejn l-irċevuti dikjarati u l-irċevuti stmati abbażi ta’ studji settorjali, li jirrikorru għal metodu induttiv bbażat fuq dawn l-istudji settorjali, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tad-dħul mill-bejgħ magħmul minn persuna taxxabbli u, konsegwentement, għal aġġustament fiskali li jimponi l-ħlas ta’ ammont addizzjonali ta’ VAT, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha jippermettu lill-persuna taxxabbli, skont il-prinċipji tan-newtralità fiskali u l-proporzjonalità u d-drittijiet tad-difiża, li tikkontesta r-riżultati miksuba b’dak il-metodu, fuq il-bażi tal-assjem tal-provi kuntrarji disponibbli għaliha, u li teżerċita d-dritt tagħha ta’ tnaqqis skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X tad-direttiva, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.