17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank van koophandel te Antwerpen – il-Belġju) – Dyson Ltd, Dyson BV vs BSH Home Appliances NV

(Kawża C-632/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Bejgħ ta’ vacuum cleaners bl-imnut - Tikketta dwar il-klassi tal-enerġija - Direttiva 2010/30/UE - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 - Vacuum cleaners - Twaħħil ta’ simboli oħra - Prattiki kummerċjali żleali - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 7 - Assenza ta’ preċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom l-effiċjenza enerġetika hija mkejla - Ommissjoni qarrieqa))

(2018/C 328/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dyson Ltd, Dyson BV

Konvenuta: BSH Home Appliances NV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jikkostitwixxix “ommissjonijiet qarrieqa”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-fatt li ma tingħatax lill-konsumatur informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-ittestjar li wasslu għall-klassifikazzjoni tal-enerġija mogħtija fuq it-tikketta dwar il-klassi tal-enerġija tal-vacuum cleaners, li l-mudell tagħhom jinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners

2)

Ir-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jitwaħħlu, minbarra fuq it-tikketta dwar il-klassi tal-enerġija tal-vacuum cleaners, li l-mudell tagħha tinsab fl-Anness II tar-Regolament ta’ Delega Nru 665/2013, tikketti jew simboli li jfakkru l-informazzjoni msemmija fuq l-imsemmija tikketta enerġetika, jekk dan it-twaħħil jista’ jitqarraq lill-utent finali jew iħawdu rigward il-konsum tal-enerġija tal-vacuum cleaner ikkummerċjalizzat fis-suq bl-imnut inkwistjoni matul l-użu tiegħu, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha u fid-dawl tal-perċezzjoni tal-utent aħħari medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, billi tieħu kont ta’ fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi.


(1)  ĠU C 78, 13.03.2017