|
31.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 – H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA)
(Kawża C-591/16 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Prodotti farmaċewtiċi - Suq tal-prodotti mediċinali kontra d-depressjoni (citalopram) - Ftehimiet ta’ ftehim bonarju ta’ tilwim relatati ma’ privattivi ta’ proċess konklużi bejn manifattur ta’ prodotti mediċinali oriġinali proprjetarju ta’ dawn il-privattivi u manifatturi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi - Artikolu 101 TFUE - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni minħabba l-għan - Klassifikazzjoni - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Bejgħ b’rabta diretta jew indiretta mal-ksur)
(2021/C 206/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd (rappreżentanti: inizjalment minn R. Subiotto, QC, u T. Kuhn, Rechtsanwalt, sussegwentement minn R. Subiotto, QC)
Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, T. Vecchi, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Rayment u D. Bailey, barristers, G. Peretz, QC, u S. Kingston, SC), European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, u N. Niejahr, Rechtsanwältin)
Intervenjent insostenn tal-Kummissjoni Ewropea: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment minn D. Guðmundsdóttir, Z. Lavery u D. Robertson, aġenti, assistiti minn J. Turner, QC, J. Holmes, QC, M. Demetriou, QC, u T. Sebastian, barrister, sussegwentement minn D. Guðmundsdóttir, aġent, assistita minn J. Turner, QC, J. Holmes, QC, M. Demetriou, QC, u T. Sebastian, barrister)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
H. Lundbeck A/S u Lundbeck Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
4) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |