9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-590/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 7 - Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa - Provvista ta’ prodotti petrolifiċi, mingħajr l-impożizzjoni ta’ dazji tas-sisa - Stazzjonijiet ta’ pompi tal-petrol fil-fruntiera tar-Repubblika Ellenika ma’ pajjiżi terzi - Eżiġibbiltà tad-dazji tas-sisa - Kunċett ta’ “rilaxx għall-konsum” ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Kunċett ta’ “ħruġ minn arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju”))

(2018/C 123/05)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u A. Kyratsou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u M. Tassopoulou, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tawtorizza l-bejgħ ta’ prodotti petrolifiċi mhux intaxxati mill-istazzjonijiet ta’ pompi tal-petrol ta’ Katastimata Aforologiton Eidon AE fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Kipoi Evrou (il-Greċja), ta’ Kakavia (il-Greċja) u ta’ Evzonoi (il-Greċja), li jinsabu f’reġjuni li jmissu ma’ pajjiżi terzi, jiġifieri, rispettivament, ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Albanija u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/118/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.