16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-545/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ merkanzija - Subintestaturi 8704 10 10 u 8704 21 91 - Regolament (UE) 2015/221 - Validità))
(2018/C 134/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kubota (UK) Limited, EP Barrus Limited
Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda magħmula ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/221 tal-10 ta’ Frar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda.