16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/17


Otal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Ruslanas Kovalkovas

(Kawża C-477/16 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “deċiżjoni ġudizzjarja” - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà)

(2017/C 014/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Ruslanas Kovalkovas

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja”, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat 13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u dan l-Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi korp tas-setgħa eżekuttiva, bħall-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja, milli jiġi kkunsidrat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2009/299.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016