|
14.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 166/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – North East Pylon Pressure Campaign Limited, Maura Sheehy vs An Bord Pleanála, Minister for Communications, Energy and Natural Resources, l-Irlanda, Attorney General
(Kawża C-470/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Dritt għal azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat - Rikors prematur - Kunċetti ta’ spiża mhux projbittiva u ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva relatati mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku - Applikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus))
(2018/C 166/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: North East Pylon Pressure Campaign Limited, Maura Sheehy
Konvenuti: An Bord Pleanála, Minister for Communications, Energy and Natural Resources, l-Irlanda, Attorney General
fil-preżenza ta’: EirGrid plc
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għal proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha jiġi deċiż jekk rikors jistax jiġi awtorizzat matul proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għal żvilupp, u dan iktar u iktar meta dan l-Istat Membru ma ddeterminax f’liema stadju rikors jista’ jiġi ppreżentat. |
|
2) |
Meta rikorrent jinvoka kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fi kwistjonijiet ambjentali u kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ regoli oħra, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva previst fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 japplika biss għall-ispejjeż relatati mal-parti tar-rikors ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. |
|
3) |
L-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ambjentali tal-Unjoni, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għall-parti ta’ rikors li ma tkunx koperta mill-istess rekwiżit, kif jirriżulta, skont id-Direttiva 2011/92, mir-risposta mogħtija fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv, sa fejn ir-rikorrent ifittex, b’dak ir-rikors, li jiżgura r-rispett għad-dritt nazzjonali tal-ambjent. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx effett dirett, iżda hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali li, sa fejn ikun possibbli, tkun konformi magħhom. |
|
4) |
Stat Membru ma jistax jidderoga mir-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji ma tkunx projbittiva, impost mill-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92, meta rikors jitqies frivolu jew vessatorju, jew fl-assenza ta’ rabta bejn il-ksur allegat tad-dritt nazzjonali tal-ambjent u dannu ambjentali. |