26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Brigitte Schlömp vs Landratsamt Schwäbisch Hall

(Kawża C-467/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Lis pendens - Kunċett ta’ “qorti” - Awtorità ta’ konċiljazzjoni taħt id-dritt Svizzeru, responsabbli mill-proċedura ta’ konċiljazzjoni qabel kull proċedura fuq il-mertu))

(2018/C 072/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brigitte Schlömp

Konvenuta: Landratsamt Schwäbisch Hall

Dispożittiv

L-Artikoli 27 u 30 tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE, tas-27 ta’ Novembru 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ lis pendens, id-data li fiha nbdiet proċedura obbligatorja ta’ konċiljazzjoni quddiem awtorità ta’ konċiljazzjoni taħt id-dritt Svizzeru tikkostitwixxi d-data li fiha “qorti” titqies li ġiet adita.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.