|
12.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 408/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Settembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża, IFP Énergies nouvelles
(Kawża C-438/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza - Garanzija illimitata tal-Istat mogħtija lill-Institut Français du Pétrole (IFP) permezz tal-għoti tal-istatus ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (SPIK) - Deċiżjoni li tiddikjara li din il-miżura parzjalment ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u li parzjalment tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern, suġġett għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “skema ta’ għajnuna” - Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ vantaġġ - Oneru u livell tal-prova))
(2018/C 408/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. Bousin, aġenti), IFP Énergies nouvelles (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Mejju 2016, Franza u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni (T-479/11 u T-157/12, EU:T:2016:320), hija annullata sa fejn, biha, il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1(3) sa (5), kif ukoll l-Artikoli 2 sa 12 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/26/UE tad-29 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 35/08 (eks-NN 11/08) mogħtija minn Franza lill-istabbiliment pubbliku “Institut Français du Pétrole”. |
|
2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |