5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-430/16 P) (1)
((Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Miżuri settorjali - Restrizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani - Tisħiħ tal-miżuri restrittivi - Sistema kontenzjuża li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK u mir-Regolament (UE) Nru 1263/2012 - Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana - It-tneħħija tal-miżuri restrittivi kollha tal-Unjoni Ewropea marbuta ma’ din il-kwistjoni - Tħassir tas-sistema kkontestata fil-mori tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali - Impatt fuq l-interess ġuridiku quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ persistenza tal-interess ġuridiku))
(2018/C 399/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bank Mellat (rappreżentanti: M. Brindle, T. Otty, QC, MacLeod u R. Blakeley, barristers, S. Zaiwalla, Z. Burbeza, A. Meskarian u P. Reddy, solicitors)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci, J. Norris-Usher u M. Konstantinidis, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ġunju 2016, Bank Mellat vs Il-Kunsill (T-160/13, EU:T:2016:331), hija annullata. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors ippreżentat bin-numru T-160/13 mill-Bank Mellat, intiż għall-annullament tal-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, jew tal-imsemmija dispożizzjoni sa fejn hija ma tipprevedix eċċezzjoni li tapplika għall-każ tal-Bank Mellat, kif ukoll it-talba tagħha intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tiddikjara li l-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ma tapplikax għalih. |
3) |
Il-Bank Mellat u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-proċedura tal-appell kif ukoll tal-proċedura fl-ewwel istanza. |
4) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |