|
26.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/19 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bolzano – l-Italja) – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA
(Kawża C-419/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-ħaddiema - Artikoli 45 u 49 TFUE - Rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u tal-kwalifiki l-oħra fil-mediċina - Direttivi 75/363/KEE u 93/16/KEE - Remunerazzjoni tat-tobba speċjalisti mħarrġa))
(2018/C 072/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bolzano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sabine Simma Federspiel
Konvenuta: Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, dwar il-koordinazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi dwar attivitajiet tat-tobba, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill, tas-26 ta’ Jannar 1982, kif ukoll l-Artikolu 24(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE, tal-5 ta’ April 1993, biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-għoti ta’ borża ta’ studju nazzjonali għall-finanzjament ta’ taħriġ, mogħti fi Stat Membru ieħor, li jwassal għall-kisba ta’ titolu ta’ tabib speċjalista huwa suġġett għall-kundizzjoni li t-tabib li jibbenefika minnha jeżerċita l-attività professjonali tiegħu f’dan l-ewwel Stat Membru għal ħames snin matul perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kisba tal-ispeċjalizzazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ dan, li jħallas lura sa 70 % mill-ammont tal-borża ta’ studju rċevuta, flimkien mal-interessi. |
|
2) |
L-Artikoli 45 u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-għoti ta’ borża ta’ studju nazzjonali intiża sabiex tiffinanzja taħriġ, mogħti fi Stat Membru ieħor, li jwassal għall-kisba ta’ titolu ta’ tabib speċjalista huwa suġġett għall-kundizzjoni li t-tabib benefiċjarju jeżerċita l-attività professjonali tiegħu f’dan l-ewwel Stat Membru għal ħames snin matul perijodu ta’ għaxar snin mid-data tal-kisba tal-ispeċjalizzazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ dan, li jħallas lura sa 70 % mill-ammont tal-borża ta’ studju rċevuta, flimkien mal-interessi, sa fejn il-miżuri previsti minn din il-leġiżlazzjoni effettivament ma jikkontribwixxux sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u ta’ bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali u jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju f’dan ir-rigward, liema fatt għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju. |