23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Marzu 2018 – Ice Mountain Ibiza, SL vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawżi magħquda C-412/16 u C-413/16 P) (1)

((“Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade marks figurattivi ocean beach club ibiza u ocean ibiza - Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali OC ocean club u OC ocean club Ibiza - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni))

(2018/C 142/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ice Mountain Ibiza, SL (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u D. Botis, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Ice Mountain Ibiza SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 13.02.2017.