11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton vs Maria-Eleni Kalliri

(Kawża C-409/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 76/207/KEE - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ Stat Membru - Leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru li timponi fuq il-kandidati kollha rekwiżit ta’ tul minimu għall-ammissjoni f’din il-kompetizzjoni))

(2017/C 424/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Ethnikis paideias kai Thriskevmaton

Konvenuta: Maria-Eleni Kalliri

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ammissjoni tal-kandidati għall-kompetizzjoni għal dħul fil-kulleġġ tal-pulizija ta’ dan l-Istat Membru, irrispettivament mis-sess tagħhom, għal rekwiżit ta’ tul minimu ta’ 1,70 m, peress li din il-leġiżlazzjoni tiżvantaġġa numru ħafna ogħla ta’ persuni ta’ sess femminil meta mqabbla ma’ persuni ta’ sess maskil u li l-imsemmija leġiżlazzjoni la tidher li hija xierqa u lanqas meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu mfittex minnha, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016.