29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers — ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju) — M vs Ministerstvo vnitra (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17) vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawżi magħquda C-391/16, C-77/17 u C-78/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2011/95/UE - Status ta’ refuġjat - Artikolu 14(4) sa (6) - Rifjut ta’ għoti jew revoka tal-istatus ta’ refuġjat fil-każ ta’ perikolu għas-sigurtà jew għall-komunità tal-Istat Membru ospitanti - Validità - Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 78(1) TFUE - Artikolu 6(3) TUE - Konvenzjoni ta’ Genève)

(2019/C 255/02)

Lingwi tal-kawża: iċ-Ċek u l-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17)

Konvenuti: Ministerstvo vnitra (C-391/16), Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (C-77/17), X (C-78/17)

Dispożittiv

L-eżami tal-Artikolu 14(4) sa (6) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma wera ebda punt ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fid-dawl tal-Artikolu 78(1) TFUE u tal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.

ĠU C 144, 8.5.2017.