201807060351994072018/C 259/053822016CJC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL201805315511

Kawża C-382/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz – il-Ġermanja) – Hornbach-Baumarkt-AG vs Finanzamt Landau (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru — Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji — Vantaġġ mogħti ex gratia minn kumpannija residenti lil kumpannija mhux residenti li magħha hija marbuta permezz ta’ rabta ta’ interdipendenza — Korrezzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpannija residenti — Assenza ta’ korrezzjoni tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti minn kumpannija residenti lil kumpannija residenti oħra li magħha hija marbuta b’tali rabtiet — Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment — Ġustifikazzjoni)


C2592018MT510120180531MT00055151

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Rheinland-Pfalz – il-Ġermanja) – Hornbach-Baumarkt-AG vs Finanzamt Landau

(Kawża C-382/16) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru — Determinazzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpanniji — Vantaġġ mogħti ex gratia minn kumpannija residenti lil kumpannija mhux residenti li magħha hija marbuta permezz ta’ rabta ta’ interdipendenza — Korrezzjoni tad-dħul taxxabbli tal-kumpannija residenti — Assenza ta’ korrezzjoni tad-dħul taxxabbli fil-każ ta’ vantaġġ identiku mogħti minn kumpannija residenti lil kumpannija residenti oħra li magħha hija marbuta b’tali rabtiet — Restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment — Ġustifikazzjoni)”

2018/C 259/05Lingwa tal-kawża: l-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Rheinland-Pfalz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hornbach-Baumarkt-AG

Konvenuti: Finanzamt Landau

Dispożittiv

L-Artikolu 43 KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE), moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE (li sar l-Artikolu 54 TFUE), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha d-dħul ta’ kumpannija residenti ta’ Stat Membru, li ppermetta li kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, li magħha għandha rabtiet ta’ interdipendenza, tgawdi minn vantaġġi taħt kundizzjonijiet li ma humiex l-istess bħal dawk li kienu jiftiehmu, f’ċirkustanzi identiċi jew simili, terzi persuni indipendenti bejniethom, għandu jiġi kkalkolat bħallikieku kellhom ikunu applikabbli l-kundizzjonijiet li jkunu ftiehmu dawn it-terzi u għandu jkun suġġett għal korrezzjoni, filwaqt li ma ssirx tali korrezzjoni tad-dħul taxxabbli meta dawn l-istess vantaġġi jkunu ngħataw minn kumpannija residenti lil kumpannija residenti oħra, li magħha jkollha rabtiet ta’ interdipendenza. Madankollu hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħtix il-possibbiltà lill-persuna taxxabbli residenti li tipprova li l-kundizzjonijiet miftiehma rriżultaw għal raġunijiet kummerċjali dovuti għall-pożizzjoni tagħha ta’ sħubija mal-kumpannija mhux residenti.


( 1 ) ĠU C 343, 19.9.2016