22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Salvador Benjumea Bravo de Laguna vs Esteban Torras Ferrazzuolo

(Kawża C-381/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 16 - Trade marks bħala oġġetti ta’ proprjetà - Meta trade marks tal-Unjoni Ewropea għandhom jitqiesu bħala trade marks nazzjonali - Artikolu 18 - Trasferiment ta’ trade mark irreġistrata f’isem aġent jew tar-rappreżentant tal-proprjetarju tat-trade mark - Dispożizzjoni nazzjonali li tagħti l-possibbiltà li titressaq azzjoni rivendikatorja fir-rigward tal-proprjetà ta’ trade mark nazzjonali rreġistrata peress li tikkawża preġudizzju lid-drittijiet tal-proprjetarju jew bi ksur ta’ obbligu legali jew kuntrattwali - Kompatibbiltà mar-Regolament Nru 207/2009)

(2018/C 022/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Salvador Benjumea Bravo de Laguna

Konvenut: Esteban Torras Ferrazzuolo

Dispożittiv

l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 [dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea], għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-applikazzjoni, fir-rigward ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema persuna aggravata, mir-reġistrazzjoni ta’ trade mark li għaliha saret applikazzjoni peress li tikkawża preġudizzju għad-drittijiet tagħha jew tikser obbligu legali jew kuntrattwali, għandha dritt tirrivendika l-proprjetà tal-imsemmija trade mark, sakemm is-sitwazzjoni kkonċernata ma taqax f’dawk koperti mill-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 335, 12.09.2016.