|
5.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 83/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-363/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Artikolu 108(2) TFUE - Regolament Nru (CE) 659/1999 - Artikolu 14(3) - Kumpannija benefiċjarja ddikjarata falluta - Proċeduri ta’ insolvenza - Reġistrazzjoni tad-djun fl-iskeda tal-kredituri - Waqfien tal-attivitajiet - Sospensjoni tal-proċeduri ta’ falliment għall-finijiet ta’ eżami tal-possibbiltà li l-attivitajiet jinbdew mill-ġdid - Obbligu ta’ informazzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni))
(2018/C 083/04)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u V. Karra, aġenti)
Dispożittiv
|
1. |
Billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/541/UE tat-22 ta’ Frar 2012 dwar għajnuna mill-Istat SA.26534 (C 27/10 ex NN 6/09), mogħtija mill-Greċja lill-United Textiles SA, u billi ma informatx b’mod suffiċjenti lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll taħt it-Trattat FUE. |
|
2. |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |