16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 – LL vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-326/16 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Komputazzjoni - Ex membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni dwar l-irkupru tal-allowance ta’ assistenza parlamentari - Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament - Artikolu 72 - Proċedura ta’ lment fi ħdan il-Parlament - Notifika tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju - Posta rreġistrata li ma nġabritx mid-destinatarju tagħha))

(2018/C 134/05)

Lingwa tal-proċedura: il-Litwan

Partijiet

Appellanti: LL (rappreżentant: J. Petrulionis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Toliušis, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ April 2016, LL vs Il-Parlament (T-615/15, mhux ippubblikat, EU:T:2016:432) huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 343, 19.09.2016.