31.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Dextro Energy GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-296/16 P) (1)

((Appell - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa relatati mal-prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard kif ukoll għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal - Ċaħda tat-talba għall-inklużjoni ta’ ċertu indikazzjonijiet minkejja l-opinjoni pożittiva tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)))

(2017/C 249/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Dextro Energy GmbH & Co. KG (rappreżentanti: M. Hagenmeyer u T. Teufer, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u K. Herbout-Borczak, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Dextro Energy GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 287, 8.8.2016.