27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Federal Express Europe Inc.

(Kawża C-273/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjoni mill-VAT - Artikolu 86(1)(b) u Artikolu 144 - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija ta’ valur negliġibbli jew mingħajr natura kummerċjali - Eżenzjoni tal-provvisti ta’ servizzi relatati mal-importazzjoni ta’ oġġetti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għall-VAT l-ispejjeż ta’ trasport ta’ dokumenti u ta’ oġġetti ta’ valur negliġibbli minkejja n-natura anċillari tagħhom għal oġġetti mhux taxxabbli))

(2017/C 402/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate

Konvenuti: Federal Express Europe Inc.

Dispożittiv

L-Artikolu 144 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 87(1)(b) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għas-servizzi anċillari, inkluż għas-servizzi ta’ trasport, mhux biss li l-valur tagħhom ikun inkluż fil-valur taxxabbli, iżda wkoll li dawn is-servizzi jkunu ġew effettivament suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud fid-dwana meta ġew importati.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.