Kawżi Magħquda C-236/16 u C-237/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Diputación General de Aragón
(Kawżi Magħquda C-236/16 u C-237/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva)”
2018/C 211/04Lingwa tal-kawża: l-IspanjolQorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenut: Diputación General de Aragón
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali. |
|
2) |
Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fuq l-istabbilimenti ta’ distribuzzjoni kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom ma taqbiżx il-500 m2 u dawk li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom taqbeż dan il-limitu iżda li l-valur taxxabbli tagħhom ma jaqbiżx l-2000 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li jeżerċitaw l-attività tagħhom fis-settur tal-bejgħ ta’ makkinarju, ta’ vetturi, ta’ għodda u ta’ provvisti industrijali, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi għall-professjonisti, ta’ għamara fi stabbilimenti individwali tradizzjonali u speċjalizzati u ta’ vetturi bil-mutur, kif ukoll il-ħwienet tal-ġonna u l-pompi tal-petrol, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. |
( 1 ) ĠU C 260, 18.7.2016.