11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Merck KGaA vs Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH

(Kawża C-231/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 109(1) - Azzjonijiet ċivili fuq il-bażi ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea u ta’ trade marks nazzjonali - Lis alibi pendens - Kunċett ta’ “l-istess fatti” - Użu tat-terminu “Merck” f’ismijiet ta’ dominji u fuq pjattaformi ta’ midja soċjali fuq l-internet - Azzjoni bbażata fuq trade mark nazzjonali segwita b’azzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea - Rinunzja tal-ġurisdizzjoni - Portata))

(2017/C 424/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Merck KGaA

Konvenuti: Merck & Co. Inc., Merck Sharp & Dohme Corp, MSD Sharp & Dohme GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stipulata fih, relatata mal-eżistenza ta’ “l-istess fatti”, tkun issodisfatta meta azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati fuq trade mark nazzjonali u fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, ikunu ppreżentati bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, sa fejn biss dawn l-azzjonijiet ikunu jirrigwardaw vjolazzjoni allegata ta’ trade mark nazzjonali u ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri.

2)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ azzjonijiet għal vjolazzjoni, ibbażati, l-ewwel waħda, fuq trade mark nazzjonali, dwar allegata vjolazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, u, it-tieni waħda, fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea, dwar allegata vjolazzjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, imressqa bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, il-qorti adita t-tieni għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-parti mit-tilwima relatata mat-territorju tal-Istat Membru previst mill-azzjoni għal vjolazzjoni mressqa quddiem il-qorti adita l-ewwel.

3)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni stipulata fih, relatata mal-eżistenza ta’ “l-istess fatti”, lanqas ma tkun issodisfatta meta, wara rinunzja parzjali minn rikorrent, sa fejn din tkun saret validament, ta’ azzjoni għal vjolazzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea intiża inizjalment sabiex tipprekludi l-użu ta’ din it-trade mark fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, meta tali rinunzja tirrigwarda t-territorju tal-Istat Membru previst mill-azzjoni mressqa quddiem l-ewwel qorti adita, ibbażata fuq trade mark nazzjonali intiża sabiex tipprekludi l-użu ta’ din it-trade mark fit-territorju nazzjonali, l-azzjonijiet inkwistjoni ma jkunux jirrigwardaw iktar allegata vjolazzjoni ta’ trade mark nazzjonali u ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea identiċi fit-territorju tal-istess Stati Membri.

4)

L-Artikolu 109(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li t-trade marks ikunu identiċi, il-qorti adita t-tieni għandha tirrinunzja l-ġurisdizzjoni favur il-qorti adita l-ewwel sa fejn biss dawn it-trade marks huma validi għal prodotti jew servizzi identiċi.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.