26.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Union professionnelle des industries privées du gaz (Uprigaz) vs Premier ministre, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer

(Kawża C-226/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Enerġija - Settur tal-gass - Sigurtà tal-provvista tal-gass - Regolament (UE) Nru 994/2010 - Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jieħdu l-miżuri intiżi li jiżguraw il-provvista tal-gass għal klijenti protetti - Il-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “klijenti protetti” - Artikolu 8(2) - Obbligu addizzjonali - Artikolu 8(5) - Possibbiltà għall-impriżi tal-gass naturali li jissodisfaw l-obbligu tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass obbligu addizzjonali għall-ħażna tal-gass fejn il-kamp ta’ applikazzjoni jinkludi klijenti li jinsabu fost il-“klijenti protetti” fis-sens tar-Regolament Nru 994/2010 - Obbligu ta’ ħażna qabel ma jintlaħaq it-80 % fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat))

(2018/C 072/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eni SpA, Eni Gas & Power France SA, Union professionnelle des industries privées du gaz (Uprigaz)

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer

Fil-preżenza ta’: Storengy, Total Infrastructures Gaz France (TIGF)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligu ta’ ħażna tal-gass li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jinkludi klijenti li ma jinsabux fost il-“klijenti protetti” elenkati fil-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, sakemm il-kundizzjonijiet previsti mill-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet jiġu osservati, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 994/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass naturali li josservaw l-obbligi tagħhom li jżommu ħażniet ta’ gass, sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fil-każ ta’ kriżi, neċessarjament u esklużivament permezz ta’ infrastrutturi li jinsabu fit-territorju nazzjonali. F’dan il-każ għandha madankollu tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk il-possibbiltà offruta bil-leġiżlazzjoni nazzjonali lill-awtorità kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni “l-istrumenti l-oħra ta’ modulazzjoni” tal-fornituri kkonċernati tiggarantixxix lilhom l-opportunità effettiva li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.