15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Torino – l-Italja) – Bimotor SpA vs Direzione Provinciale II di Torino

(Kawża C-211/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal limitu massimu li jillimita l-ammont tar-rimbors jew tal-kumpens tal-kreditu jew tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud))

(2017/C 151/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bimotor SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale II di Torino

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE, tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-kumpens ta’ ċerti djun fiskali permezz ta’ krediti tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal ammont massimu ddeterminat, għal kull perijodu ta’ tassazzjoni, anki meta l-ordinament ġuridiku nazzjonali jkun jipprevedi fi kwalunkwe każ il-possibbiltà li l-persuna taxxabbli tirkupra l-kreditu kollu tat-taxxa fuq il-valur miżjud f’terminu raġonevoli?


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016, p. 1.