|
11.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 300/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Marco Tronchetti Provera SpA et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
(Kawża C-206/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-kumpanniji - Direttiva 2004/25/KE - Offerti pubbliċi ta’ xiri - It-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 5(4) - Possibbiltà ta’ tibdil fil-prezz tal-offerta f’ċirkustanzi u skont kriterji ddeterminati b’mod ċar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità superviżorja li żżid il-prezz ta’ offerta pubblika ta’ xiri f’każ ta’ kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaħdmu flimkien miegħu u wieħed jew iktar mill-bejjiegħa)
(2017/C 300/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marco Tronchetti Provera SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, UniCredit SpA, Camfin SpA
Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
fil-preżenza ta’: Camfin SpA, Generali Assicurazioni Generali SpA, Antares European Fund Limited, Antares European Fund II Limited, Antares European Fund LP, Luca Orsini Baroni, Marco Tronchetti Provera & C. SpA, UniCredit SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 2004/25/KE, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-awtorità superviżorja nazzjonali, li żżid il-prezz ta’ OPA f’każ ta’ kollużjoni mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkaratterizza dan il-kunċett, sakemm l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett tista’ tiġi dedotta b’mod suffiċjentement ċar, preċiż prevedibbli minn din il-leġiżlazzjoni, permezz ta’ metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti mid-dritt intern.