11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA vs ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes et

(Kawża C-200/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 1(1) - Trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Obbligu tat-teħid lura tal-ħaddiema miċ-ċessjonarju - Provvista ta’ servizzi ta’ viġilanza u ta’ sigurtà eżegwiti minn impriża - Sejħa għal offerti - Għoti tal-kuntratt lil impriża oħra - Nuqqas ta’ teħid lura tal-persunal - Dispożizzjoni nazzjonali li teskludi mill-“kunċett ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju” it-telf ta’ klijent minn operatur wara l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi lil operatur ieħor)

(2017/C 424/07)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Securitas – Serviços e Tecnologia de Segurança SA

Konvenuti: ICTS Portugal – Consultadoria de Aviação Comercial SA, Arthur George Resendes et

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “trasferiment ta’ impriża [jew] ta’ stabbiliment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn persuna li tat ordni temmet il-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi ta’ sorveljanza u ta’ viġilanza tal-proprjetà tagħha konkluż ma’ impriża, u imbagħad ikkonkludiet, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ din il-provvista, kuntratt ġdid ma’ impriża oħra, li tirrifjuta li tieħu lura l-ħaddiema tal-ewwel, meta t-tagħmir indispensabbli għat-twettiq tal-imsemmija provvista jkun ittieħed mit-tieni impriża.

2)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ impriża [jew] ta’ negozju”, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 1(1), it-telf ta’ klijent minn operatur wara l-għoti ta’ kuntratt ta’ servizzi lil operatur ieħor.


(1)  ĠU C 211, 13.06.2016.